skip-to-main

Spikevax (qabel COVID‑19 Vaccine Moderna)

Effettiv Jannar 22, 2021

Jekk jogħġbok aqra bir-reqqa l-Politika ta’ Privatezza ta’ Moderna qabel taċċessa jew tuża dan is-sit

Dan is-sit huwa proprjetà ta’ Moderna, Inc.u huwa operat minnha (“Moderna”, “aħna”, “tagħna”, “minna” jew “lilna”). Il-materjal fuq is-sit tagħna (il-“website” jew is-“sit”) huwa pprovdut minn Moderna bħala servizz lil klijenti tagħna u lill-pubbliku inġenerali u għandu jintuża għal skopijiet ta’ informazzjoni biss. 

Moderna tirrispetta l-privatezza tal-viżitaturi għas-sit elettroniku tagħna, u aħna nagħrfu l-importanza li nieħdu passi biex inħarsu l-privatezza tal-informazzjoni li aħna niġbru permezz tas-sit tagħha. Din il-Politika ta’ Privatezza tiddeskrivi t-tipi ta’ Data Personali (kif definiti hawn taħt) li aħna niġbru dwar il-viżitaturi għas-sit elettroniku, kif nistgħu nużaw id-Data Personali u ma’ min nistgħu naqsmuha. Din il-Politika ta’ Privatezza tiddeskrivi wkoll (1) il-miżuri li aħna nieħdu biex nissalvagwardjaw id-Data Personali li niġbru u (2) id-drittijiet u l-privileġġi tiegħek li jikkonċernaw il-ġbir, l-użu u l-iżvelar minna tad-Data Personali tiegħek. 

Esklużjonijiet. Din il-politika tindirizza biss Data Personali miġbura minn dan is-sit elettroniku. Ma tiddeskrivix il-modi li bihom aħna nistgħu niġbru jew nużaw Data Personali miksuba offline, u ma tindirizzax jew tikkontrollax il-prattiċi ta’ privatezza ta’ siti oħra (inklużi dawk li aħna nillinkjaw għalihom), li jista’ jkollhom il-politika tagħhom. Aħna ninkoraġixxu lill-utenti tas-sit tagħna biex ikunu konxji xħin joħorġu mis-sit tagħna u biex jaqraw l-istqarriji tal-privatezza ta’ kull sit elettroniku li jżuru li jiġbor Data Personali. Informazzjoni mhux mitluba li inti tipprovdilna tista’ titqies bħala mhux kunfidenzjali u Moderna tkun libera li tirriproduċi, tuża, tiżvela u tiddistribwixxi dik l-informazzjoni mhux mitluba lil oħrajn mingħajr permess, kumpens, limitazzjoni jew attribwizzjoni, bil-kundizzjoni li kwalunkwe Data Personali b'din l-informazzjoni mhux mitluba se tiġi trattata skont din il-Politika ta' Privatezza u liġi applikabbli. 

Meta taċċessa s-sit elettroniku tagħna, inti taqbel mat-termini ta’ din il-Politika ta’ Privatezza u mat-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-Użu. Jekk ma taqbilx ma’ dawn it-termini, inti m’intix awtorizzat tuża s-sit elettroniku tagħna. 

Introduzzjoni 

Data Personali” hija data li tista’ tintuża biex tiġi identifikat jew ikkuntattjat, bħad-dettalji ta’ kuntatt tiegħek, inkluż ismek, l-indirizz, l-email, il-pajjiż, u n-numru tat-telefown, kwalunkwe informazzjoni oħra li tista’ tiġi elenkata fis-CV tiegħek f’każ li tissottometti applikazzjoni għal impjieg lil Moderna permezz tas-sit elettroniku tagħna, u, skont il-liġi applikabbli, kwalunkwe data dwar l-użu tiegħek tas-sit tagħna jew tal-apparat tiegħek li tista’ tinġabar awtomatikament, inkluż permezz tal-użu ta’ cookies, beacons tal-web u teknoloġiji tat-traċċar oħra. 

Aħna se nimmaniġġjaw id-Data Personali tiegħek skont il-liġi applikabbli u b’konformità mal-prinċipji li ġejjin: 

  • Aħna se nipproċessaw id-Data Personali b’mod legali, ġust u trasparenti. 

  • Aħna se niġbru d-Data Personali għal skop speċifiku, espliċitu u leġittimu biss, u se nużaw l-informazzjoni personali biss għall-iskopijiet li għalihom kienet inġabret oriġinarjament. 

  • Se nillimitaw il-ġbir ta’ Data Personali għal dak li hu meħtieġ fir-rigward tal-iskop li għalih dik id-data se tiġi pproċessata. 

  • Se nagħmlu sforzi raġonevoli biex niżguraw li d-Data Personali tiegħek tkun preċiża u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata. 

  • Se naħżnu d-Data Personali għal perjodu mhux itwal minn dak li hu meħtieġ għall-iskop li għalih id-Data Personali tiġi pproċessata. 

  • Id-Data Personali se tiġi pproċessata biss b’mod li jiżgura s-sigurtà xierqa tal-informazzjoni personali. 

Il-prattiki ta’ privatezza tagħna huma deskritti f’aktar dettall fil-bqija ta’ din il-Politika ta’ Privatezza. 

Informazzjoni li Aħna Niġbru 

Tista’ żżur is-sit elettroniku tagħna mingħajr ma tipprovdi b’mod affermattiv kwalunkwe informazzjoni dwarek stess. Jekk tagħżel li tissottometti l-informazzjoni tiegħek permezz tas-sezzjonijiet “Ingħaqad mal-Lista Postali Tagħna” jew “Ikkuntattjana” fuq is-sit tagħna jew jekk tapplika għal opportunità ta’ impjieg ma’ Moderna permezz tas-sezzjoni “Karrieri” tas-sit web tagħna, nistgħu nitolbuk biex tipprovdi Data Personali, bħal ismek, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-email, it-titlu tal-impjieg, l-isem tal-kumpanija, il-pajjiż, informazzjoni dwar l-irwol tal-impjieg tiegħek u kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mal-impjieg. M’intix obbligat tipprovdi kwalunkwe Data Personali lil Moderna, iżda l-kapaċità tiegħek li tuża s-sit tagħna jew il-funzjonijiet tiegħu u l-kapaċità tiegħek li tapplika għal pożizzjoni ta’ impjieg tista’ tkun limitata jekk ma tagħmilx dan. 

Data Personali Dwar l-Użu tas-Sit Elettroniku Miġbura mill-Cookies jew b’mezzi Awtomatiċi Oħra. Meta tuża s-sit elettroniku tagħna, nistgħu niġbru informazzjoni b’mod awtomatiku dwar l-użu tiegħek tas-sit, inkluż permezz tal-użu tal-cookies, beacons tal-web u teknoloġiji tat-traċċar oħra (“informazzjoni awtomatika”). L-informazzjoni awtomatika tista’ tinkludi informazzjoni dwar l-apparat bħall-indirizz IP, l-identifikaturi tal-apparat, u s-sistema operattiva, kif ukoll l-informazzjoni dwar l-użu bħall-ħin u t-tul ta’ ħin tal-użu, l-interazzjoni mal-kontenut, informazzjoni maħżuna fil-cookies jew teknoloġiji simili. Skont ir-Regolament tal-UE 2016/679 dwar il-protezzjoni tad-data (il-“GDPR”), l-informazzjoni awtomatika hija meqjusa bħala data personali, u aħna se nittrattaw dik l-informazzjoni awtomatika bħala Data Personali skont din il-politika ta’ privatezza. 

Cookies” huma fajls żgħar li s-sit elettroniku jpoġġi fuq il-hard drive tiegħek għal skopijiet ta’ identifikazzjoni. Dawn il-fajls jintużaw għar-reġistrazzjoni u l-personalizzazzjoni għal meta terġa’ żżur is-sit tagħna d-darba li jmiss. Pereżempju, il-cookies se jiftakru l-lingwa u d-displej preferuti tiegħek. Il-Cookies ma jistgħux jaqraw id-data mill-hard drive tiegħek. 

Aħna nużaw il-cookies li ġejjin fuq is-sit tagħna: 

  • Cookies li huma strettament meħtieġa. Dawn huma cookies li huma meħtieġa għat-tħaddim tas-sit tagħna. Dawn jinkludu, pereżempju, cookies li jippermettulek tilloggja fil-kont tiegħek bħala applikant għal impjieg. 

  • Cookies ta’ funzjonalità. Dawn jintużaw biex jirrikonoxxuk meta tirritorna fis-sit elettroniku tagħna u biex jintegraw funzjonalità minn servizzi ta’ partijiet terzi. Dan jippermettilna nippersonalizzaw il-kontenut tagħna għalik, niftakru l-preferenzi tiegħek (pereżempju l-għażla tal-lingwa tiegħek) u nintegraw servizzi utli li jipprovdu partijiet terzi fis-sit tagħna. 

  • Cookies analitiċi. Nużaw il-pjattaforma Google Analytics biex niġbru ċerta informazzjoni analitika biex tgħinna nifhmu aħjar l-attività fuq is-sit tagħna u ntejbu s-servizzi u l-kwalità tas-sit tagħna. Din l-informazzjoni tinkludi l-indirizz IP, page requests, siti elettroniċi jew reklami li jirreferu utent għas-sit tagħna, is-sistema operattiva u l-brawżer, u l-ħin li utent idum fis-sit tagħna. Aħna nirċievu din id-data f’forma aggregata. Nużaw din l-informazzjoni biex tgħinna nifhmu kif il-viżitaturi jinteraġixxu mas-sit elettroniku tagħna, inkejlu l-effettività tar-reklamar tagħna fuq is-siti ta’ partijiet terzi, u ntejbu l-esperjenza tal-viżitaturi tagħna. 

Inti tista’ tirrifjuta jew taċċetta l-cookies minn dan is-sit fi kwalunkwe ħin billi tattiva s-settings tal-cookies fil-brawżer tiegħek. Il-menù “help” fuq il-biċċa l-kbira tal-brawżers tal-internet fih informazzjoni dwar kif tiddiżattiva l-cookies, jew inkella tista’ żżur http://www.aboutcookies.org/how-to-control-cookies/. Billi ma taċċettax il-cookies, xi funzjonijiet tas-sit elettroniku tagħna jistgħu ma jaħdmux għalkollox kif nistenni, u jista’ jkun li ma tkunx tista’ taċċessa ċerta informazzjoni fuq dan is-sit. Billi tkompli tuża s-sit mingħajr ma tibdel is-settings, inti tkun qed taqbel mal-użu tal-cookies tagħna. 

Data Personali Minn Sorsi ta’ Partijiet Terzi. Aħna nistgħu nirċievu informazzjoni dwarek minn sorsi disponibbli pubblikament jew kummerċjalment, kif permess mil-liġi, li nistgħu nikkombinaw ma’ informazzjoni oħra li nirċievu minn jew dwarek. Pereżempju, jekk tapplika għal pożizzjoni ta’ mpjieg ma’ Moderna permezz tas-sit elettroniku, aħna nistgħu naraw il-profil ta’ Linkedln tiegħek. 

Data Aggregata. Aħna nistgħu naggregaw u/jew inneħħu l-identità ta’ kwalunkwe Data Personali li niġbru, b’tali mod li l-informazzjoni ma tibqax tidentifika xi individwu speċifiku. Aħna nistgħu nużaw, niżvelaw u b’mod ieħor nipproċessaw dik l-informazzjoni għall-iskopijiet tan-negozju leġittimu tagħna - inkluża l-analiżi storika u statistika u l-ippjanar tan-negozju - mingħajr restrizzjoni.  

Kif Nużaw id-Data Personali 

Nistgħu nużaw id-Data Personali għall-iskopijiet li ġejjin. 

L-interessi leġittimi tagħna 

Nistgħu nipproċessaw id-Data Personali tiegħek fejn ikun meħtieġ għall-interess leġittimu tagħna bħala kumpanija, inkluż l-immaniġġjar, il-promozzjoni u t-titjib tan-negozju tagħna u biex nimmaniġġjaw ir-riskju tagħna. Pereżempju, nistgħu nipproċessaw id-Data Personali tiegħek biex: 

  • nipprovdulek informazzjoni li tkun tlabt int u/jew biex inwieġbu għal mistoqsijiet tiegħek li tkun issottomettejt permezz tas-sit elettroniku, l-email u/jew it-telefown. 

  • niffaċilitaw l-attivitajiet ta’ reklutaġġ tagħna (bħall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal impjieg, l-ivvalutar tiegħek bħala kandidat għal attività ta’ impjieg, u biex nimmonitorjaw l-istatistika tar-reklutaġġ tagħna), 

  • nanalizzaw u ntejbu l-komunikazzjoni u l-istrateġiji tagħna (inkluż billi nidentifikaw meta l-emails li jintbagħtulek ikunu waslu u nqraw), 

  • nadattaw il-kontenut li nuru fuq is-sit tagħna, 

  • nipproteġu kontra, nidentifikaw, ninvestigaw u nirreaġixxu għal frodi, attività illegali (bħal inċidenti ta’ hacking jew użu ħażin tas-sit tagħna) u klejms u obbligazzjonijiet oħra, 

  • inżommu l-privatezza, is-sigurtà, is-sikurezza jew il-proprjetà tas-sit elettroniku, u 

  • nikkomunikaw miegħek għal skopijiet oħra li huma evidenti miċ-ċirkustanzi jew ninfurmawk dwarhom meta niġbru d-Data Personali mingħandek. 

Obbligu legali 

  • Nistgħu nkunu meħtieġa bil-liġi li niġbru u nipproċessaw ċerta Data Personali dwarek. Pereżempju, nistgħu neħtieġu li nipproċessaw id-Data Personali b'relazzjoni mar-rappurtaġġ ta' avvenimenti avversi. 

Interess Pubbliku 

  • Nistgħu wkoll nipproċessaw Data Personali biex inwettqu riċerka xjentifika fl-interess pubbliku. 

Il-kunsens tiegħek 

Aħna nistgħu wkoll nitolbu, direttament jew permezz tal-partijiet terzi fdati tagħna, il-kunsens separat tiegħek biex nipproċessaw id-Data Personali tiegħek, pereżempju, meta tagħżel li tirċievi l-aħbarijiet ta’ Moderna u l-aġġornamenti mingħandna, jew għall-użu ta’ cookies mhux essenzjali.  

Jekk tlabna l-kunsens tiegħek biex nipproċessaw id-Data Personali tiegħek, inti tista’ sussegwentement tirtirah fi kwalunkwe ħin billi tikkuntattjana fl-indirizz elenkat fis-sezzjoni “Id-Drittijiet tal-Privatezza Tiegħek” hawn taħt. 

Data dwar is-saħħa  

Fejn nipproċessaw data dwar is-saħħa, inkluż għal raġunijiet tal-immaniġġjar ta' rapporti ta' avvenimenti avversi, aħna niżguraw ukoll li għandna bażi ta' liġi addizzjonali kif meħtieġ mill-GDPR. Dan normalment ikun għax ikollna bżonn nagħmlu dan għal raġunijiet ta' intersss pubbliku fl-erja tas-saħħa pubblika jew għal-riċerka xjentifika. 

Qsim tad-Data Personali  

Aħna mhux se nbigħu, naqsmu, jew b’mod ieħor niddistribwixxu d-Data Personali tiegħek lil partijiet terzi ħlief kif stabbilit f’din il-Politika ta’ Privatezza. 

Affiljati u Fornituri tas-Servizz. Aħna nistgħu niżvelaw id-Data Personali tiegħek lil affiljati oħra ta’ Moderna madwar id-dinja li jaqblu li jittrattawha skont din il-Politika ta’ Privatezza. Nistgħu wkoll nittrasferixxu d-Data Personali lil fornituri tas-servizz li jaġixxu għalina jew f’isimna għal aktar ipproċessar, bħall-valutazzjoni tal-utilità ta’ dan is-sit elettroniku, l-immaniġġjar tad-data, l-appoġġ tekniku jew l-analiżi tad-data ta’ reklutaġġ. Dawn il-fornituri tas-servizz għamlu ftehim magħna li jużaw id-Data Personali biss għall-iskop(ijiet) li għalih(om) id-data kienet inġabret oriġinarjament jew inkella li tista’ tiġi pproċessata legalment, li ma jbigħux id-Data Personali tiegħek lil partijiet terzi oħra, u li ma jiżvelawhiex lil partijiet terzi oħra ħlief kif jista’ jkun mitlub mil-liġi, kif permess minna jew kif stipulat f’din il-Politika ta’ Privatezza. 

Partijiet Oħra b’Konnessjoni ma’ Tranżazzjoni Korporattiva. Nistgħu wkoll nittrasferixxu Data Personali li ġbarna mingħandek lil parti terza bħala parti minn tranżazzjoni korporattiva tan-negozju bħal fużjoni, akkwiżizzjoni, riorganizzazzjoni, impriża konġunta, iffinanzjar jew bejgħ tal-assi tagħna. 

Partijiet Oħra meta Mitlub mil-Liġi Applikabbli jew Kif Meħtieġ għall-Ħarsien ta’ Moderna. Nistgħu niżvelaw id-Data Personali lil parti terza biex nikkonformaw mar-rekwiżiti legali u regolatorji, jew biex nipproteġu kontra frodi, attività illegali (bħal reazzjoni għal inċidenti ta’ hacking, jew użu ħażin tas-sit tagħna) u klejms u obbligazzjonijiet oħra. 

Trasferimenti Internazzjonali tad-Data 

Meta naqsmu Data Personali ma’ parti terza, dawk it-trasferimenti tad-data jistgħu jinkludu t-trasferiment ta’ Data Personali lejn pajjiżi oħra. Dawk il-pajjiżi jista’ ma jkollhomx l-istess liġijiet tal-protezzjoni tad-data bħall-pajjiż li fih id-Data Personali tkun oriġinat inizjalment. 

Residenti taż-ŻEE Biss 

Fl-Istati Uniti, Moderna se taġixxi bħala kontrollur tad-data u se tipproċessa d-Data Personali tiegħek, billi tiddetermina l-iskopijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tagħha, skont il-GDPR. Jekk jogħġbok kun af li d-Data Personali tiegħek se tinżamm fuq is-servers ta’ Aquia inkluż barra u ġewwa l-Unjoni Ewropea. Qabel nittrasferixxu d-Data Personali tiegħek barra ż-ŻEE, se nieħdu passi biex niżguraw li dik id-data se tingħata l-istess livell ta’ protezzjoni kif inhu applikabbli mil-liġijiet tal-protezzjoni tad-data fiż-ŻEE. Għal trasferimenti tad-data barra ż-ŻEE, nużaw, fejn meħtieġ, salvagwardji applikabbli, inklużi klawżoli kuntrattwali standard approvati mill-Kummissjoni Ewropea. Kopja ta’ dawn il-miżuri tista’ tinkiseb billi tikkuntattjana fl-indirizz tal-email elenkat hawn taħt. 

Id-Drittijiet tal-Privatezza Tiegħek 

Jista’ jkollok ċerti drittijiet bħala suġġett tad-data skont il-liġi applikabbli. Pereżempju, jista’ jkollok id-dritt li toġġezzjona għal jew titlob restrizzjoni fuq l-ipproċessar tad-Data Personali tiegħek u titlob aċċess għal, rettifikazzjoni, tħassir u portabbiltà tad-Data Personali li nżommu dwarek, suġġetti għal ċerti eċċezzjonijiet preskritti bil-liġi. Jekk tixtieq tirċievi aktar informazzjoni dwar l-użu tagħna tad-Data Personali tiegħek, jew jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana hawn: 

Moderna, Inc.
200 Technology Square
Cambridge, MA 02139
L-Istati Uniti tal-Amerika
Privacy@modernatx.com
Residenti tal-UE: EUprivacy@modernatx.com 

Aħna nippruvaw nipprovdu kwalunkwe informazzjoni mitluba u nagħmlu l-bidliet mitluba sa fejn meħtieġ minn jew permissibbli skont il-liġijiet tal-privatezza u l-liġijiet u r-regolamenti applikabbli. Fi kwalunkwe każ aħna nagħmlu ħilitna biex inwieġbuk mill-aktar fis possibbli u navżawk bl-eżitu tat-talba tiegħek. 

Tista’ tressaq ilment mal-awtorità superviżorja rilevanti jekk tqis li l-ipproċessar tagħna tad-Data Personali tiegħek jikser il-liġi applikabbli. Id-dettalji ta’ kuntatt tal-Awtoritajiet Superviżarji kollha tal-UE jinsabu hawn. 

Sigurtà tal-Informazzjoni 

Moderna tuża miżuri amministrattivi, tekniċi, dawk relatati mal-persunal, u ta’ sigurtà fiżika li huma kummerċjalment raġonevoli u mfassla biex jissalvagwardjaw id-Data Personali fil-pussess tagħna kontra telf, serq u użu mhux awtorizzat, żvelar, jew modifika. Ovvjament, minkejja dawn il-miżuri, ma nistgħux niggarantixxu s-sigurtà perfetta tan-networks, servers u bażijiet tad-data li noperaw jew li huma operati f’isimna. B’mod partikolari, email mibgħuta lil jew mis-sit elettroniku tista’ ma tkunx sigura. Għalhekk, għandek toqgħod partikolarment attent meta tiddeċiedi x’informazzjoni tibgħatilna permezz tal-email. Jekk jogħġbok żomm dan f’moħħok meta tiżvela kwalunkwe Data Personali lilna permezz tal-websajt. 

Iż-Żamma tad-Data 

Id-Data Personali tiegħek se tinżamm minn Moderna biss għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex tissodisfa l-iskop(ijiet) li għalih(om) inġabret, skont l-iskop(ijiet) li għalih(om) id-Data Personali nġabret, in-natura tad-Data Personali, kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali li tirregola ż-żamma tad-Data Personali, u l-obbligi legali u regolatorji tagħna. Aħna mbagħad inħassru jew nanonimizzaw id-Data Personali tiegħek, skont il-liġi applikabbli. 

Komunikazzjonijiet bl-Email 

F’każ li nikkuntattjawk, inkluż bl-email, se nipprovdulek metodu kif taċċetta jew ma taċċettax li tirċievi aktar komunikazzjonijiet sa fejn hu meħtieġ bil-liġi. Pereżempju, tista’ tagħżel li tirċievi aġġornamenti bl-email dwar żviluppi rigward il-prodotti u/jew servizzi ta’ Moderna jew dwar suġġetti speċifiċi relatati mas-saħħa (eż. biex tirċievi aġġornamenti bl-email dwar methylmalonic acidemia (MMA) mingħand Moderna) billi timla l-formola elettronika rilevanti “Ingħaqad mal-Lista Postali Tagħna” fuq is-sit elettroniku tagħna. Jekk tiddeċiedi, fi kwalunkwe żmien aktar tard, li ma tixtieqx tibqa’ tirċievi dawk il-komunikazzjonijiet bl-email mingħandna, tista’ tħassar l-abbonament għal kwalunkwe lista ta’ kuntatt bħal dik billi tuża l-link rilevanti “Ħassar l-Abbonament” fil-parti rispettiva tal-komunikazzjoni elettronika, jew billi tibgħatilna email bit-titlu “Ħassar l-abbonament mill-aġġornamenti bl-email” fuq privacy@modernatx.com jew EUprivacy@modernatx.com

Il-Politika tat-Tfal Tagħna 

Aħna kommessi li nħarsu l-privatezza tat-tfal. Il-kontenut u s-servizzi ta’ dan is-sit elettroniku mhumiex maħsuba għal, jew iddisinjati biex jattiraw, tfal taħt it-18-il sena. L-ebda Data Personali ma għandha tiġi sottomessa lil Moderna permezz tas-sit elettroniku minn viżitaturi li huma taħt it-18-il sena jew dwar tfal li huma taħt it-18-il sena. Jekk insiru nafu li utent tas-sit elettroniku tagħna huwa taħt it-18-il sena u b’mod volontarju pprovda Data Personali u/jew Data Personali relatata mas-saħħa, jew li professjonist tal-kura tas-saħħa pprovda b’mod volontarju Data Personali dwar pazjent li jiġi identifikat li hu taħt it-18-il sena, mingħajr l-għoti jew l-awtorizzazzjoni tal-kunsens tal-gwardjan tat-tifel/tifla, aħna se nagħmlu ħilitna minnufih biex kif nirċievu notifika jew talba rilevanti nħassru dik id-Data Personali. 

Notifika CalOPPA Do-Not-Track 

Aħna ma nintraċċawx l-utenti tas-sit tagħna maż-żmien u fuq siti ta’ partijiet terzi u għalhekk ma nwieġbux għas-sinjali Do Not Track (DNT). Moderna ma tawtorizzax partijiet terzi biex jiġbru Data Personali direttament mingħand l-utenti tagħna fuq is-sit tagħna, bħal pereżempju permezz tal-użu ta’ riklami ta’ partijiet terzi. 

Links għal Siti Elettroniċi ta’ Partijiet Terzi 

Għall-konvenjenza tal-viżitaturi tagħna, dan is-sit jista’ jkun fih links għal siti oħra li aħna nemmnu li jistgħu joffru informazzjoni utli. Dawk il-links jistgħu jinkludu links għal siti elettroniċi li jistgħu jagħtu servizzi lilna. Jekk jogħġbok kun af li Moderna mhix responsabbli għall-prattiki ta’ privatezza ta’ dawn is-siti l-oħra u ma tistax tiggarantixxi l-istandards ta’ privatezza ta’ dawn is-siti l-oħra. Aħna ninkoraġixxu lill-utenti tagħna biex ikunu konxji meta joħorġu mis-sit tagħna u biex jaqraw l-istqarriji ta’ privatezza ta’ kull sit elettroniku li jiġbor informazzjoni personalment identifikabbli. Din l-istqarrija ta’ privatezza tapplika biss għal informazzjoni miġbura mis-sit tagħna, u mhux għal kwalunkwe sit illinkjat li mhuwiex sit ta’ Moderna. 

Notifika tal-Politika ta’ Privatezza 

Aġġornamenti. Jekk nibdlu l-Politika ta’ Privatezza tagħna, aħna se npoġġu dawk it-tibdiliet fuq is-sit tagħna. Jekk nagħmlu reviżjonijiet ta’ din il-Politika ta’ Privatezza, aħna se naġġornaw id-data fuq nett ta’ din il-Politika ta’ Privatezza. 

Għal Aktar Informazzjoni 

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din il-Politika ta’ Privatezza, jew tħassib dwar il-prattiki ta’ dan is-sit, jew l-użu tiegħek ta’ dan is-sit jew kwalunkwe aspett relatat mal-privatezza inġenerali, jekk jogħġbok ibgħatilna email fuq privacy@modernatx.com jew ikkuntattjana bil-miktub hawn: 

Moderna, Inc
Attenzjoni: Dipartiment Legali
200 Technology Square
Cambridge, MA 02139
L-Istati Uniti tal-Amerika

Ikkuntattja lil Moderna

8am-5pm CET – Mit-Tnejn - sal-Ġimgħa
EMEAMedinfo@modernatx.com

    © 2023 Moderna, Inc.

    MT-COV-2100001 09/2023