Spikevax (qabel COVID‑19 Vaccine Moderna)
Termini u Kundizzjonijiet tal-Użu ta’ Moderna
Jekk jogħġbok aqra dawn it-termini bir-reqqa qabel taċċessa jew tuża dan is-sit
Informazzjoni Dwarna
Dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-Użu tas-Sit Elettroniku (“Termini”) jiddeskrivu t-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-użu tiegħek tas-sit operat minn (“Moderna”, "aħna", “tagħna” u “lilna”). Aħna korporazzjoni f’Delaware u għandna l-uffiċċju rreġistrat tagħna f’200 Technology Square, Cambridge, MA 02139. L-użu kollu ta’ jew l-illinkjar għal kwalunkwe kontenut fuq is-Sit Elettroniku huwa suġġett għat-termini u l-kundizzjonijiet li jinsabu f’dawn it-Termini. Billi taċċessa jew tuża s-Sit Elettroniku, inti tirrikonoxxi li qrajt, fihmt u qbilt ma’ dawn it-Termini u tirrikonoxxi li kwalunkwe qbil preċedenti dwar l-użu tas-Sit Elettroniku bejnek u bejn Moderna huwa sostitwit u ma għadux fis-seħħ. Jekk ma taqbilx ma’ dawn it-Termini, taċċessax jew tużax is-Sit Elettroniku. Billi tuża s-Sit Elettroniku, inti tiddikjara li inti mill-anqas għandek 18-il sena.
Inti tifhem u taqbel li aħna nistgħu nibdlu dawn it-Termini fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż minn qabel. Inti tista’ taqra kopja attwali, effettiva ta’ dawn it-Termini fi kwalunkwe ħin billi tagħżel il-link “Termini u Kundizzjonijiet tal-Użu” fuq is-Sit Elettroniku. Moderna tista’ tirrevedi dawn it-termini fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż minn qabel. Kwalunkwe użu tas-Sit Elettroniku wara dik id-data għandu jikkostitwixxi l-aċċettazzjoni tiegħek ta’ dawk it-termini u l-kundizzjonijiet riveduti. Jekk xi bidla f’dawn it-Termini mhijiex aċċettabbli għalik, l-uniku rimedju tiegħek hu li ma tibqax taċċessa, tibbrawżja u tuża b’xi mod is-Sit Elettroniku.
L-aċċess għal u l-użu tas-Sit Elettroniku huwa wkoll suġġett għall-Politika ta’ Privatezza ta’ Moderna li tinsab f’ https://modernacovid19global.com/mt-MT/privacy-policy, li t-termini u l-kundizzjonijiet tagħha huma inkorporati hawn b’referenza.
Użu tal-Informazzjoni
Tista’ tibbrawżja, taċċessa, tniżżel jew tuża informazzjoni mis-Sit Elettroniku b’mod ħieles, inkluż kwalunkwe test, stampi, awdjo, vidjo u softwer ("Informazzjoni") għall-użu mhux kummerċjali, temporanju tiegħek. Inti ma għandekx drittijiet fl-informazzjoni jew għaliha, u mhux se tuża, tikkopja jew tippreżenta l-Informazzjoni ħlief kif permess b’dawn it-termini. L-ebda użu ieħor ma huwa permess mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tagħna. Nistgħu nkunu l-proprjetarji tal-Informazzjoni, jew partijiet mill-Informazzjoni jistgħu jkunu saru disponibbli għalina permezz ta’ arranġamenti li għandna ma’ partijiet terzi. Din l-Informazzjoni hija protetta bil-liġijiet tal-proprjetà intellettwali barranin u tal-Istati Uniti. L-użu mhux awtorizzat tal-Informazzjoni jista’ jirriżulta fi ksur tad-drittijiet tal-awtur, tat-trademark u ta’ liġijiet oħra. Inti ma tistax tbigħ, tittrasferixxi, tassenja, tagħti liċenzja, tagħti liċenzja subordinata, jew timmodifika l-Informazzjoni jew tirriproduċi, tippreżenta, tagħmel b’xi mod disponibbli għal pubbliku, tagħmel verżjoni derivata ta’, tiddistribwixxi, tittrażmetti, tuża mill-ġdid, tippowstja mill-ġdid, jew inkella tuża l-Informazzjoni fi kwalunkwe mod għal kwalunkwe skop kummerċjali jew pubbliku mingħajr il-permess bil-miktub tagħna. Inti ma tistax tuża s-Sit Elettroniku jew l-Informazzjoni mis-Sit Elettroniku (a) bi kwalunkwe mod li jikser xi liġi jew regolament lokali, nazzjonali jew internazzjonali applikabbli; (b) bi kwalunkwe mod li hu illegali jew qarrieqi, jew li għandu xi skop jew effett illegali jew qarrieqi; (c) biex tittrażmetti, jew tagħmel arranġamenti għat-trażmissjoni ta’, kwalunkwe riklam jew materjal promozzjonali li mhux mitlub jew li mhux awtorizzat jew kwalunkwe forma simili ta’ solleċitazzjoni (spam); jew (d) biex tipprova taċċessa b’mod mhux awtorizzat kwalunkwe waħda mis-sistemi tagħna jew networks ta’ partijiet terzi. L-użu jew it-tpoġġija ta’ kwalunkwe Informazzjoni fuq xi sit ieħor jew f’ambjent ta’ kompjuter fuq network għal kwalunkwe skop hu espressament ipprojbit. Jekk tikser kwalunkwe wieħed minn dawn it-Termini, id-dritt tiegħek għall-aċċess u/jew l-użu tal-Informazzjoni u s-Sit jiġi tterminat awtomatikament u inti għandek tħassar immedjatament kwalunkwe kopji tal-Informazzjoni li tkun għamilt. Aħna nirriżervaw id-dritt li nirtiraw, nemendaw jew nirrevedu s-Sit Elettroniku mingħajr avviż. Aħna mhux se ninżammu responsabbli jekk għal xi raġuni s-Sit Elettroniku tagħna ma jkunx disponibbli f’xi ħin jew għal xi perjodu ta’ żmien. Xejn fuq dan is-Sit Elettroniku ma għandu jitqies li jikkostitwixxi stedina biex tinvesti jew inkella tinnegozja f’ishma jew f’titoli oħra ta’ Moderna.
Drittijiet tal-Awtur u Trademarks
Għandek iżżomm u tirriproduċi kull avviż dwar id-drittijiet tal-awtur jew avviż dwar drittijiet proprjetarji oħra li jinsabu fl-Informazzjoni oriġinali fuq kwalunkwe kopja li tagħmel tal-Informazzjoni jew fi kwalunkwe Informazzjoni li tniżżel. Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-Sit Elettroniku u fl-Informazzjoni huma proprjetà ta’ Moderna, tal-affiljati jew tal-imsieħba esterni tagħna. Għandek tassumi li kull ma tara jew taqra fuq is-Sit Elettroniku huwa protett mid-drittijiet tal-awtur sakemm ma jkunx innotat mod ieħor u ma jistax jintuża mingħajr il-permess bil-miktub tagħna ħlief kif stabbilit f’dawn it-Termini jew fit-test fuq is-Sit Elettroniku. L-ebda link għas-Sit Elettroniku ma tista’ tiġi inkluża fi kwalunkwe sit ieħor mingħajr il-permess bil-miktub tagħna minn qabel. Bl-eċċezzjoni tal-awtorizzazzjoni limitata preċedenti, l-ebda liċenzja għal jew dritt fl-Informazzjoni, jew kwalunkwe dritt tal-awtur ta’ Moderna jew ta’ xi parti oħra ma hi mogħtija jew mgħoddija lilek.
It-trademarks, il-marki tas-servizz u l-logos ta’ Moderna (it-“Trademarks ta’ Moderna”) użati u li jidhru fuq is-Sit Elettroniku huma trademarks jew marki tas-servizz irreġistrati u mhux irreġistrati ta’ Moderna jew tas-sussidjarji jew l-affiljati tagħha. Ismijiet ta’ kumpaniji, prodotti u servizzi oħra li jinsabu fuq is-Sit Elettroniku jistgħu jkunu trademarks jew marki tas-servizz ta’ partijiet terzi (it-“Trademarks ta’ Partijiet Terzi”, u, kollettivament mat-Trademarks ta’ Moderna, it-“Trademarks”). Xejn fuq dan is-Sit Elettroniku jew f’dawn it-Termini ma għandu jinftiehem bħala li jagħti, b’implikazzjoni, estoppel, jew mod ieħor, kwalunkwe liċenzja jew dritt, espress jew impliċitu, taħt kwalunkwe Trademark li tidher fuq is-Sit Elettroniku mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel speċifiku għal kull każ ta’ Moderna. It-Trademarks ma jistgħux jintużaw biex imaqdru lil Moderna jew lil xi parti terza, lill-prodotti jew is-servizzi ta’ Moderna jew ta’ parti terza, jew b’xi mod (b’ġudizzju kummerċjalment raġonevoli) li jista’ jagħmel ħsara lil kwalunkwe avvjament fit-Trademarks. Il-links għas-Sit Elettroniku minn siti oħra għandhom ikunu test biss u l-użu ta’ kwalunkwe Trademark bħala parti minn link għal jew minn kwalunkwe sit huwa pprojbit mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel ta’ Moderna. L-avvjamenti kollha ġġenerati mill-użu ta’ kwalunkwe Trademark ta’ Moderna għandhom jibbenefikaw lil Moderna.
Ċertu elementi tas-Sit Elettroniku huma protetti bi trade dress, trademark, kompetizzjoni inġusta, u liġijiet oħra tal-Istati Uniti, tal-istat, federali, u internazzjonali u ma jistgħux jiġu kkupjati jew imitati fl-intier tagħhom jew parzjalment, bi kwalunkwe mod, inkluż iżda mhux limitat għall-użu ta’ framing jew mirja. L-ebda Informazzjoni ma tista’ tiġi trażmessa mill-ġdid mingħajr il-kunsens bil-miktub espress minn Moderna f’kull każ.
Parir Mediku
Il-kontenut tas-Sit Elettroniku huwa maħsub bħala riżors ta’ informazzjoni ġenerali fir-rigward tal-materja tas-suġġett kopert. Moderna ma tipprattikax il-mediċina, ma tipprovdix pariri mediċi jew tagħti servizzi mediċi b’mod dirett jew indirett permezz tas-Sit Elettroniku, u xejn milli jinsab fis-Sit Elettroniku mhu maħsub bħala istruzzjoni għal dijanjosi jew trattament mediku. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta ma għandhiex titqies kompleta, u lanqas ma għandha tintuża biex tissuġġerixxi bażi għal dijanjosi jew kors ta’ trattament għal individwu partikolari. L-informazzjoni meħuda mis-Sit Elettroniku ma għandhiex tintuża għal deċiżjonijiet personali, mediċi, legali, tekniċi jew finanzjarji. Din ma għandhiex tintuża flok vista, telefonata, konsultazzjoni jew il-parir tat-tabib tiegħek jew fornitur tal-kura tas-saħħa kwalifikat ieħor. Jekk ikollok xi mistoqsijiet relatati mal-kura tas-saħħa, jekk jogħġbok ikkonsulta t-tabib tiegħek jew fornitur tal-kura tas-saħħa kwalifikat ieħor minnufih.
Links
Dan is-Sit Elettroniku jista’ jkun fih links għal siti operati minn partijiet oħra (“Siti Esterni”). Is-Siti Esterni mhumiex taħt il-kontroll ta’ Moderna, u Moderna mhix responsabbli għall-kontenut disponibbli fuq xi Siti Esterni. Dawn il-links ma jfissrux referenza jew approvazzjoni ta’ materjal minn Moderna fuq Siti Esterni jew ta’ xi entità, oġġett jew servizz ieħor, u Moderna tiċħad kull responsabbiltà fir-rigward tal-aċċess tiegħek għal Siti Esterni. M’aħniex responsabbli għall-kontenut ta’ kwalunkwe Sit Estern illinkjat u ma nagħtu l-ebda garanzija fir-rigward tal-kontenut jew il-preċiżjoni ta’ kwalunkwe materjal fuq Siti Esterni bħal dawn. Għandek tieħu l-prekawzjonijiet meta tniżżel fajls mis-siti kollha biex tipproteġi l-komputer tiegħek minn viruses u programmi distruttivi oħra. Moderna tipprovdi links għal Siti Esterni bħala konvenjenza għall-utenti, u l-aċċess għal kwalunkwe Sit Estern llinkjat ma’ dan is-Sit Elettroniku huwa riskju tiegħek.
Dikjarazzjonijiet li Jħarsu ’l Quddiem
Is-Sit Elettroniku fih dikjarazzjonijiet li jħarsu ’l quddiem espressi jew implikati skont il-Private Securities Litigation Reform Act tal-1995, kif emendat, Sezzjoni 27A tas-Securities Act tal-1933, kif emedata, u Sezzjoni 21E tas-Securities Exchange Act tal-1934, li huma bbażati fuq it-twemmin u s-suppożizzjonijiet u fuq l-informazzjoni attwali disponibbli għat-tmexxija ta’ Moderna. Dawn id-dikjarazzjonijiet huma relatati ma’, fost affarijiet oħra l-aspettattivi rigward pjanijiet, objettivi, strateġiji, prestazzjoni tat-tħaddim futura jew finanzjarja, pjanijiet ta’ negozju u prospetti, u aspettattivi rigward provi kliniċi, skedi taż-żmien tal-iżvilupp, diskussjonijiet mal-awtoritajiet regolatorji, programmi tal-iżvilupp, kandidati tal-iżvilupp u mediċini investigatorji li qed jiġu żviluppati minn Moderna u mill-kollaboraturi strateġiċi ta’ Moderna. F’xi każijiet, dikjarazzjonijiet li jħarsu ’l quddiem jistgħu jiġu identifikati b’terminoloġija bħal “jista’,” “għandek,” “jistenna,” “bil-ħsieb,” “pjanijiet,” “jantiċipa,” “jemmen,” “jistma,” “jipprevedi,” “potenzjal,” “ikompli,” jew in-negattiv ta’ dawn it-termini jew terminoloġija oħra komparabbli, għalkemm mhux id-dikjarazzjonijiet li jħarsu ’l quddiem kollha fihom dawn il-kelmiet. Dikjarazzjonijiet bħal dawn huma bbażati fuq l-aspettattivi attwali tat-tmexxija ta’ Moderna u huma suġġetti għal ċerti fatturi, riskji u inċertezzi li jistgħu jwasslu sabiex ir-riżultati attwali jkunu materjalment differenti minn dawk imsemmija jew implikati f’dikjarazzjonijiet bħal dawk. L-informazzjoni ppreżentata fuq is-Sit Elettroniku hija maħsuba li hija attwali fid-data tal-pubblikazzjoni oriġinali. Id-dikjarazzjonijiet li jħarsu ’l quddiem fuq dan is-Sit Elettroniku la huma wegħdiet u lanqas garanziji, u inti ma għandekx toqgħod iżżejjed fuq dawn id-dikjarazzjonijiet li jħarsu ’l quddiem għaliex jinvolvu riskji magħrufa u mhux magħrufa, inċertezzi u fatturi oħra, li ħafna minnhom mhumiex taħt il-kontroll ta’ Moderna u li jistgħu jwasslu sabiex ir-riżultati attwali jkunu materjalment differenti minn dawk espressi jew implikati b’dawn id-dikjarazzjonijiet li jħarsu ’l quddiem. Moderna ma għandha l-ebda ħsieb li taġġorna kwalunkwe dikjarazzjoni li tħares ’il quddiem li tidher fuq is-Sit Elettroniku f’każ li jinbidlu ċ-ċirkostanzi jew mod ieħor, u dikjarazzjonijiet bħal dawn huma attwali biss sa mid-data li jsiru.
Jekk jogħġbok innota li filwaqt li d-dokumenti li Moderna tissottometti lis-Securities and Exchange Commission tal-Istati Uniti huma disponibbli fuq jew permezz ta’ links tal-Internet li hemm fuq is-Sit Elettroniku, l-ebda informazzjoni li hemm fuq is-Sit Elettroniku jew disponibbli minnu mhi inkorporata b’referenza fid-dokumenti sottomessi jew ikkunsidrata li hija parti minnhom.
Aġġornamenti
Moderna tista’ tagħmel tibdil, korrezzjonijiet u/jew titjib fl-Informazzjoni, u fil-prodotti u l-programmi deskritti f’dik l-Informazzjoni, f’kull ħin mingħajr avviż. Għalkemm aħna nippruvaw naġġornaw perjodikament is-Sit Elettroniku, l-Informazzjoni, il-materjali u s-servizzi pprovduti fuq jew permezz tas-Sit Elettroniku kultant jistgħu ma jkunux preċiżi, mhux kompluti jew skaduti u jiġu pprovduti “KIF INHUMA” u “KIF DISPONIBBLI”. Moderna ma għandhiex id-dmir li taġġorna informazzjoni li fih is-Sit Elettroniku, u Moderna mhix se tinżamm responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta’ aġġornament ta’ dik l-informazzjoni. Aħna ma nagħtu l-ebda garanzija dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni jew l-attwalità ta’ kwalunkwe informazzjoni fuq is-Sit Elettroniku, u aħna ma nassumu l-ebda obbligu li naġġornaw jew li nirrevedu l-informazzjoni li fih is-Sit Elettroniku, kemm b’riżultat ta’ informazzjoni ġdida, avvenimenti futuri, jew ċirkostanzi jew b’mod ieħor. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tivverifika kwalunkwe informazzjoni li hemm fis-Sit Web qabel toqgħod fuqha.
Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda tal-Garanziji
MODERNA, IS-SUSSIDJARJI TAGĦHA U AFFILJATI OĦRA U L-UFFIĊJALI, ID-DIRETTURI, L-IMPJEGATI, L-AĠENTI, IL-FORNITURI, IL-KOLLABORATURI STRATEĠIĊI, U DAWK LI JILLIĊENZJAW TAGĦHA (KOLLETTIVAMENT, IL-“PARTIJIET TA’ MODERNA”) MA JAGĦTU L-EBDA GARANZIJA JEW DIKJARAZZJONI U MA JAGĦMLU L-EBDA PLEĠĠ, JEW ESPRESS JEW IMPLIKAT, DWAR IS-SIT ELETTRONIKU JEW L-INFORMAZZJONI (INKLUŻ, MINGĦAJR LIMITAZZJONI, SKADENZA, ATTWALITÀ, PREĊIŻJONI, KOMPLETEZZA JEW ADEGWATEZZA GĦAL KWALUNKWE SKOP PARTIKOLARI TAL-INFORMAZZJONI JEW LI R-RIŻULTATI LI JISTGĦU JINKISBU MILL-UŻU TAS-SIT ELETTRONIKU SE JKUNU MINGĦAJR ŻBALL JEW TA’ MIN JOQGĦOD FUQHOM.)
Limitazzjoni tar-Responsabbiltà
IL-PARTIJIET TA’ MODERNA MHUMIEX RESPONSABBLI GĦAL KWALUNKWE DANNU DIRETT, INĊIDENTALI, KONSEGWENZJALI, INDIRETT, SPEĊJALI JEW PUNITTIV LI JIRRIŻULTA MINN AĊĊESS GĦAL, UŻU TA’ JEW INABBILTÀ LI TUŻA DAN IS-SIT ELETTRONIKU, JEW KWALUNKWE ŻBALJI JEW OMMISSJONIJIET FL-INFORMAZZJONI INKLUŻ, MINGĦAJR LIMITAZZJONI KWALUNKWE RESPONSABBILTÀ GĦAL (I) TELF TA’ INTROJTU JEW DĦUL, (II) TELF TA’ NEGOZJU JEW INTERRUZZJONI TA’ NEGOZJU, (III) TELF TA’ PROFITT JEW KUNTRATTI, (IV) TELF TA’ TFADDIL ANTIĊIPAT, (V) TELF TA’ DATA, (VI) TELF TA’ AVVJAMENT, (VII) ĦIN MOĦLI TAT-TMEXXIJA JEW TAL-UFFIĊĊJU JEW (VIII) TELF JEW ĦSARA TA’ KWALUNKWE TIP, LI TISTA’ TIRRIŻULTA U KEMM JEKK IKKAWŻATA MINN TORT (INKLUŻ NEGLIĠENZA), KSUR TA’ KUNTRATT JEW INKELLA ANKE JEKK PREVEDIBBLI. BARRA MINN HEKK, IL-PARTIJIET TA’ MODERNA MA GĦANDHOMX IKUNU SUĠĠETTI GĦAR-RESPONSABBILTÀ TAL-VERITÀ, IL-PREĊIŻJONI JEW IL-KOMPLETEZZA TAL-INFORMAZZJONI, GĦAL ŻBALJI JEW OMMISSJONIJIET FIHA JEW GĦAL KWALUNKWE DEWMIEN JEW INTERRUZZJONIJIET TAD-DATA JEW INFORMAZZJONI KONTINWA MINN KWALUNKWE KAWŻA. INTI TUŻA S-SIT ELETTRONIKU U L-INFORMAZZJONI B’RISKJU GĦALIK.
IL-PARTIJIET TA’ MODERNA MA JAGĦTU L-EBDA GARANZIJA LI S-SIT ELETTRONIKU SE JAĦDEM B’MOD ĦIELES MILL-IŻBALJI JEW LI S-SIT ELETTRONIKU, IS-SERVER TIEGĦU, JEW L-INFORMAZZJONI HUMA ĦIELSA MILL-VIRUSES TAL-KOMPUTER JEW MINN KONTAMINAZZJONI SIMILI JEW MINN KARATTERISTIĊI DISTRUTTIVI. JEKK L-UŻU TIEGĦEK TAS-SIT ELETTRONIKU JEW TAL-INFORMAZZJONI JIRRIŻULTA FIL-ĦTIEĠA GĦAL SERVIZZ JEW BDIL TA’ APPARAT JEW DATA, L-EBDA PARTI TA’ MODERNA MHI SE TKUN RESPONSABBLI GĦAL DAWK L-ISPEJJEŻ.
IS-SIT ELETTRONIKU U L-INFORMAZZJONI HUMA PPROVDUTI “KIF INHUMA” U “KIF DISPONIBBLI” MINGĦAJR KWALUNKWE GARANZIJA TA’ KWALUNKWE TIP. IL-PARTIJIET TA’ MODERNA JIĊĦDU L-GARANZIJI KOLLHA, INKLUŻ, IŻDA MHUX LIMITATI GĦAL, GARANZIJI TAT-TITLU, KUMMERĊJALITÀ, NUQQAS TA’ KSUR TAL-LIĠI TAD-DRITTIJIET TA’ PARTIJIET TERZI, U ADEGWATEZZA GĦAL SKOP PARTIKOLARI.
Xi ġurisdizzjonijiet ma jippermettux dikjarazzjoni ta’ ċaħda jew esklużjoni ta’ ċerti garanziji jew limitazzjoni jew esklużjoni ta’ responsabbiltà għal ħsara inċidentali jew konsegwenzjali. Għaldaqstant, xi wħud mill-esklużjonijiet jew limitazzjonijiet ta’ hawn fuq jistgħu ma japplikawx għalik jew ma jkunux infurzabbli fir-rigward tiegħek. Aħna wkoll ma nassumux kwalunkwe responsabbiltà, u mhux se nkunu responsabbli għal kwalunkwe ħsara għal, jew viruses li jistgħu jinfettaw l-apparat tal-komputer tiegħek jew proprjetà oħra minħabba l-aċċess tiegħek għal, jew l-użu tal-informazzjoni. Moderna tirriżerva d-dritt li tagħlaq is-Sit Elettroniku fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż u mingħajr obbligu.
Informazzjoni li Inti Tipprovdi Lilna
Kwalunkwe komunikazzjoni jew materjal li inti tittrażmetti lilna permezz tal-posta elettronika jew b’mod ieħor, inkluż kwalunkwe data, mistoqsijiet, kummenti, suġġeriment jew affarijiet simili, hija, u se tiġi ttrattata bħala mhix kunfidenzjali u mhix proprjetarja, u Moderna mhu se jkollha l-ebda obbligu ta’ kwalunkwe tip fir-rigward ta’ dik l-informazzjoni. Kull ħaġa li inti tittrażmetti jew timposta ssir proprjetà ta’ Moderna u tista’ tintuża minn Moderna u minn kwalunkwe sussidjarju, affiljat, kollaboratur strateġiku u fornitur terz tas-servizz tagħha għal kwalunkwe skop, inkluż, iżda mhux limitat għal, riproduzzjoni, żvelar, trasmissjoni, pubblikazzjoni, xandir u ippowstjar. Moderna u s-sussidjarji, l-affiljati, il-kollaboraturi strateġiċi u l-fornituri terzi tas-servizz tagħha huma ħielsa li jużaw, mingħajr ma jikkumpensawk, kwalunkwe idea, kunċett, għarfien, jew teknika li tinsab fi kwalunkwe komunikazzjoni li tibgħat lis-Sit Elettroniku għal kwalunkwe skop ikun xi jkun inkluż, iżda mhux limitat għal, riċerka, żvilupp, manifattura u kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jużaw jew jinkorporaw dik l-informazzjoni. Kwalunkwe informazzjoni sottomessa jew ipprovduta minnek għas-Sit Elettroniku tista’ tkun aċċessibbli pubblikament. Informazzjoni importanti u privata għandha tiġi protetta minnek. Moderna mhix responsabbli għall-protezzjoni tal-privatezza tal-email jew informazzjoni oħra trasferita permezz tal-internet jew kwalunkwe network ieħor li inti tista’ tuża.
Prodotti Internazzjonali
Is-Sit Elettroniku jista’ jkun fih informazzjoni dwar il-prodotti u s-servizzi internazzjonali, attwali jew futuri potenzjali li mhux kollha huma disponibbli f’kull post. Referenza għal prodott jew servizz fuq is-Sit Elettroniku ma tfissirx li dak il-prodott jew servizz hu jew se jkun disponibbli f’pajjiżek. Il-prodotti msemmija fuq dan is-Sit Elettroniku jistgħu jkunu suġġetti għal rekwiżiti regolatorji differenti skont il-pajjiż tal-użu. Konsegwentement, il-viżitaturi jistgħu jiġu avżati li ċerti sezzjonijiet tas-Sit Elettroniku huma maħsuba biss għal ċerti tipi ta’ utenti esperti jew għal udjenzi f’ċerti pajjiżi biss. Ma għandekx tqis kwalunkwe ħaġa li tinsab fuq is-Sit Elettroniku bħala promozzjoni jew riklam għal kwalunkwe prodott jew għall-użu ta’ kwalunkwe prodott li mhux awtorizzat bil-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż tar-residenza tiegħek.
Liġi Applikabbli
Inti unikament responsabbli biex tiżgura l-konformità mal-liġijiet tal-ġurisdizzjoni speċifika tiegħek. Is-Sit Elettroniku jista’ jiġi aċċessat minn kull stat tal-Istati Uniti, kif ukoll minn pajjiżi oħra madwar id-dinja. Kull wieħed minn dawk il-postijiet għandu liġijiet li jistgħu jkunu differenti minn dawk ta’ Massachusetts, fejn tinsab Moderna. Billi taċċessa s-Sit Elettroniku, inti u Moderna taqblu li l-liġijiet tal-Commonwealth ta’ Massachusetts, mingħajr osservanza tal-kunflitti tal-prinċipji tal-liġijiet, se tapplika għat-tilwim kollu bbażat fuq, li jirriżulta minn, jew relatat mal-użu tiegħek tas-Sit Elettroniku jew ta’ kwalunkwe informazzjoni li fiha. Fir-rigward ta’ tilwim bħal dak, inti u Moderna taqblu wkoll u b’dan tissottomettu għall-ġurisdizzjoni u l-post personali esklussivi ta’ kwalunkwe qorti li tinsab f’Boston, Massachusetts.
Inti se tikkonforma ma’ kwalunkwe restrizzjoni tal-esportazzjoni applikabbli skont kwalunkwe liġijiet tal-kontroll tal-esportazzjoni applikabbli u li ma tesportax jew tesporta mill-ġdid kwalunkwe Informazzjoni lil pajjiżi jew persuni li huma pprojbiti skont dawk il-liġijiet tal-kontroll tal-esportazzjoni. Jekk inti qiegħed f’pajjiż fejn esportazzjoni bħal dik hija pprojbita jew inti persuna jew entità li għalik esportazzjoni bħal dik hija pprojbita, inti ma tista tniżżel l-ebda Informazzjoni. Inti unikament responsabbli għall-konformità mal-liġijiet tal-ġurisdizzjoni speċifika tiegħek rigward l-importazzjoni, l-esportazzjoni, jew l-esportazzjoni mill-ġdid tal-Informazzjoni.
L-Informazzjoni hija pprovduta bi “DRITTIJIET RESTRITTI.” L-użu, id-duplikazzjoni, jew l-iżvelar mill-Gvern tal-Istati Uniti hija suġġetta għar-restrizzjonijiet li hemm f’48 CFR 52.227-19 u 48 CFR 252.227-7013 et seq. jew is-suċċessur tagħha. L-użu tas-Sit Elettroniku jew l-Informazzjoni mill-Gvern tal-Istati Uniti jikkostitwixxi konferma tad-drittijiet proprjetarji tagħna fis-Sit Elettroniku u fl-Informazzjoni.
Jekk xi dispożizzjoni minn dawn it-Termini tinsab li hija illegali, invalida jew mhux inforzabbli minn xi qorti li għandha ġurisdizzjoni kompetenti, l-invalidità jew in-nuqqas ta’ inforzabbiltà ta’ dispożizzjoni bħal dik ma għandhiex taffettwa l-validità tal-bqija tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn it-Termini, li għandhom jibqgħu fis-seħħ u b’effett legali. Jekk Moderna tonqos milli tieħu azzjoni fuq jew tinforza kwalunkwe dispożizzjoni minn dawn it-Termini ma għandhiex titqies bħala rinunzja ta’ dik id-dispożizzjoni jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni oħra f’dawn it-Termini. L-ebda rinunzja ma għandha tkun effettiva kontra Moderna sakemm ma tkunx bil-miktub, u l-ebda rinunzja bħal dik ma għandha titqies bħala rinunzja fi kwalunkwe każ ieħor jew sussegwenti. Ħlief kif maqbul espressament minn Moderna u inti bil-miktub, dawn it-Termini jikkostitwixxu l-qbil fl-intier tiegħu bejnek u bejn Moderna fir-rigward tal-materja tas-suġġett u jissostitwixxi kull qbil preċedenti jew kontemporanju, kemm jekk miktub jew orali, bejn il-partijiet fir-rigward tal-materja tas-suġġett. L-intestaturi tas-sezzjonijiet huma pprovduti sempliċement għall-konvenjenza u ma għandhomx jingħataw xi importanza legali. Moderna tista’ tassenja l-pussess, il-kontroll, jew drittijiet oħra tagħha lil kwalunkwe parti fi kwalunkwe ħin mingħajr ma tavżak.
Dawn it-Termini se jkunu għall-benefiċċju tas-suċċessuri, persuni assenjati, detenturi tal-liċenzja u subdetenturi tal-liċenzja tagħna.
Ikkuntattja lil Moderna
8am-5pm CET – Mit-Tnejn - sal-Ġimgħa
EMEAMedinfo@modernatx.com